Ir-Regoli ta' X

L-għan ta' X huwa li jservi l-konverżazzjoni pubblika. Vjolenza, fastidju u tipi ta' mġiba oħra simili jiskoraġġixxu n-nies milli jesprimu ruħhom u fl-aħħar mill-aħħar inaqqas il-valur tal-konverżazzjoni pubblika globali. Ir-regoli tagħna għandhom jassiguraw li n-nies kollha jistgħu jipparteċipaw fil-konverżazzjoni pubblika b'mod liberu u sigur.
 

Sigurtà

Diskors Vjolenti: Ma tistax thedded, tinkoraġġixxi, tigglorifika jew tesprimi xewqa għall-vjolenza jew ħsara. Sir af iktar.

Entitajiet Vjolenti u mimlija Mibgħeda: Ma tistax tingħaqad ma' jew tippromwovi l-attivitajiet ta' entitajiet vjolenti u mimlija mibgħeda. Sir af iktar.

L-Espojtazzjoni Sesswali tat-Tfal: M'għandna l-ebda tolleranza għall-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal fuq X. Sir af iktar.

Abbuż/Fastidju: Ma tistax taqsam kontenut abbużiv, tidħol f'fastidju immirat lejn xi ħadd, jew tinkoraġġixxi nies oħra li jagħmlu hekk. Sir af iktar.

Kondotta ta' mibgħeda: Ma tistax tattakka nies oħra abbażi ta' razza, etniċità, oriġini nazzjonali, kast, orjentazzjoni sesswali, ġeneru, identità tal-ġeneru, affiljazzjoni reliġjuża, età, diżabilità jew mard serju. Sir af iktar

Awturi ta' Attakki Vjolenti: Aħna ser inneħħu kwalunkwe kontijiet miżmuma minn awturi individwali ta' attakki terroristiċi, attakki estremi ta' vjolenza jew attakki vjolenti tal-massa, u nistgħu ukoll inneħħu posts li jqassmu manifesti jew kontenut ieħor magħmul minn awturi. Sir af iktar

Suwiċidju: Ma tistax tippromwovi jew tinkoraġġixxi s-suwiċidju jew il-ħsara lejk innifsek. Sir af iktar.

Media sensittiv: Ma tistax titfa' media li huwa eċċessivament gory jew tikkondividi kontenut vjolenti jew tal-adulti fi ħdan il-video live jew fil-profil jew f'immaġnijiet tal-intestatura. Media li juri vjolenza sesswali u/jew attakk mhuwiex permess. Sir af iktar

Ċertu Affarijiet jew Servizzi Illegali jew Kontrollati: Ma tistax tuża s-servizz tagħna għal xi għan kontra l-liġi jew għat-tkomplija ta' attivitajiet illegali. Dan jinkludi l-bejgħ, ix-xiri jew l-iffaċilitar ta' tranżazzjonijiet f'affarijiet jew servizzi illegali, kif ukoll ċertu tipi ta' affarijiet jew servizzi. Sir af iktar.

Privatezza

 

Informazzjoni Privata: Ma tistax tippubblika jew titfa' informazzjoni privata ta' nies oħra (bħan-numru tat-telefown tad-dar u l-indirizz) mingħajr l-awtorizzazzjoni u l-permess ċar tagħhom. Aħna ma nippermettux ukoll it-theddid li informazzjoni privata tiġi esposta jew li oħrajn jiġu nkoraġġuti li jagħmlu dan. Sir af iktar.

Nudità Mhux Konsenswali: Ma tistax titfa' jew tikkondividi ritratti jew vidjows ta' xi ħadd li juru intimità, li ġew prodotti jew imqassma mingħajr il-kunsens tagħhom. Sir af iktar.

Kont Kompromess: Ma tistax tuża jew tipprova tuża kredenzjali, passwords, tokens, ċwievet, cookies jew dejta oħra biex tidħol jew inkella taċċessa, żżid, tħassar jew tibdel l-informazzjoni privata jew xi karatteristiċi ta' kont ta' kwalunkwe utent ta' X ħlief dak tiegħek (jew ħlief għal dawk li inti ġejt awtorizzat direttament li tagħmel dan permezz tat-Tim tal-awtorizzazzjoni ta' X, l-awtorizzazzjoni OAuth jew mekkaniżmu simili). 

Awtentiċità


Manipulazzjoni tal-Pjattaforma u Spam:
Ma tistax tuża s-servizzi ta' X b'mod intenzjonat li tamplifika jew li żżomm informazzjoni artifiċjalment jew li tidħol f'imġiba li timmanipula jew tħarbat l-esperjenzi tan-nies fuq X. Sir af iktar.

Integrità Ċivika: Ma tistax tuża s-servizzi ta' X bil-għan li timmanipula jew tinterferixxi f'elezzjonijiet jew fi proċessi oħra ċiviċi. Dan jinkludi t-tfigħ jew il-kondiviżjoni ta' kontenut li jista' jżomm il-parteċipazzjoni lura jew li jqarraq in-nies dwar meta, fejn jew kif issir parteċipazzjoni fi proċess ċiviku. Sir af iktar.

Identitajiet Qarrieqa: Ma tistax timpersona individwi, gruppi jew organizzazzjonijiet biex tqarraq, tħawwad jew tidħak b'oħrajn, u lanqas ma tista' tuża identità falza b'mod li tfixkel l-esperjenza tal-oħrajn fuq X. Sir af aktar.

Media Sintetika u Immanipulata: Ma tistax tikkondividi b'mod qarrieq media sintetika jew immanipulata li wisq probabbli tista' tikkawża ħsara. Barra minn hekk, nistgħu nittikkettaw posts li fihom media sintetika u manipulata biex ngħinu lin-nies jifhmu l-awtentiċità tagħhom u biex nipprovdu iktar kuntest. Sir af iktar.

Drittijiet tal-Awtur u Trademark: Ma tistax tikser id-drittijiet tal-oħrajn dwar il-propjetà intellettwali, inkluż id-drittijiet tal-awtur (copyright) u trademark. Tgħallem iktar dwar il- politika tat-trademark tagħna u l-politika tad-drittijiet tal-awtur.

Riklamar minn parti terza f'kontenut ta' vidjow


Ma tistax tissottometti, titfa' jew turi kontenut ta' xi vidjow fuq jew permezz tas-servizzi tagħna, li jinkludu riklamar minn parti terza, bħar-riklami tal-bidu ta' video jew grafiċi sponsorjati, mingħajr il-kunsens minn qabel tagħna.


Infurzar u Appelli


Sir af iktar dwar l-approċċ tagħna dwar l-infurzar, inkluż konsegwenzi li jista' jkun hemm għall-vjolazzjoni ta' dawn ir-regoli jew għall-attentat li l-infurzar jiġi evitat, kif ukoll kif tappella.

Ikkondividi dan l-artiklu